Rigward dan l-artiklu, Ira Losco ghamlet xi korrezzjonijiet fuq il-'message board' tas-sit ufficcjali taghha www.iralosco.com. Maqlub ghal Malti il-messagg huwa: "... Nixtieq niccara xi affarijiet dwar l-intervista fuq l-Antenna ...ghax ma gejtx miftehma sew ...affarijiet li jigru, xejn kbir ... imma ma nhossnix sew ikolli xi haga ppubblikata li setghet kienet interpretata hazin. Jien qatt ma kantajt dwett ma' Katie Melua, imma kantajt bhala 'supporting act' u mhuwiex 'album' li hiereg Novembru li gej imma sorprisa li ma nistghax nghid x'inhi! Se tkun xi haga originali li se toghgob lilkom ilkoll, imma ghal ragunijet ovvji ma nistghax nghid x'se tkun.

Artiklu ppubblikat fl-Antenna numru 889, 24 ta' Jannar, 2006

intervista minn ivin catania

Ira Losco: grinta u energija

Taken from l-Antenna No 889, 24 ta' Jannar 2006 Nistqarr li kont ftit imhasseb meta gejt biex naghmel l-intervista ma' Ira Losco. Sakemm tiltaqa' ma' persuna ghall-ewwel darba, l-affarijiet li jghaddu minn hsiebek ikunu l-ghajdut u x-xnieghat li tisma' minn diversi rkejjen. Nghid il-verita' wahda mill-affarijiet li ghidtilha kienet li m'hu veru xejn li hija persuna b'imnehira mxammar, jew ahjar snob. Anzi hija tfajla b'karattru ferriehi u taf tkompli ma' dak li jkun.

Kien is-Sibt wara nofsinhar meta Ira giet fl-ufficini taghna ghall-appuntament li kellna biex naghmlu din l-intervista. Hekk kif dahlet fl-ufficcju mill-ewwel gibditli l-attenzjoni ghall-fatt li bhal tarbija, ghajnejha bdew izebbgu min-naha ghall-ohra u jharsu lejn kull rokna li ghandna. Staqsejtha x'gara u wegbitni li hi qed tiehu gost tara l-ambjent ta' fejn nahdmu minhabba li qatt ma kellha l-opportunita' li tahdem f'ufficcju u ghalhekk meta jkollha l-possibilta' tipprova tara x'ambjent johloqu numru ta' impjegati li jqattghu l-bicca l-kbira ta' hajjithom maghluqin flimkien bejn erba' hitan. L-uniku xoghol taghha dejjem kien il-muzika. L-arti li tista' tghid timla kull spazju li ghandha f'hajjitha.

Fil-fatt wahda mill-affarijiet li qaltli kienet li ma tafx kif irnexxielha taqbez it-tliet snin fir-relazzjoni li ghandha mal-mahbub prezenti, mhux ghax m'hemmx imhabba izda minhabba li l-impenji muzikali taghha kemm f'Malta kif ukoll barra jehdulha hafna zmien. Biss sabet persuna li jifimha.

Mill-ewwel battuti tal-konversazzjoni taghna ddecidejt li ma' Ira nevita li noqghod nitkellem dwar il-bidu tal-karriera taghha. Wara kollox dawn il-fatti inhargu f'intervisti ohra li saru fuq pubblikazzjonijiet u mezzi ohra tax-xandir. Maghha tkellimt dwar it-tamiet ghall-futur u kif qed tghix l-esperjenza li ghaddejja bhalissa hekk kif quddiemha qed jinfethu opportunitajiet kbar barra l-pajjiz.

Fil-prezent qed tistenna bil-herqa li jasal ix-xahar ta' Marzu. Xahar li fih ghandu johrog l-ewwel album taghha, li f'Malta hareg f'Novembru li ghadda bl-isem ta' Accident Prone, ghas-swieq Germanizi, Svizzeri u Awstrijaci. Dan se jghati l-opportunita' biex l-ammiraturi taghha Germanizi jkollhom album shih tad-dispozizzjoni taghhom.

B'mod esklussiv nistghu nghidu ukoll li ghal Novembru li gej Ira mistennija tohrog it-tielet album taghha f'pajjizna, fejn ix-xoghol fuq diga' nbeda. Biss biss kull hin hieles li jkollha, u li huwa ftit hafna, Ira tqattghu tikteb il-muzika u l-lirika u fl-istudios flimkien mal-band taghha tirrekordja siltiet godda.

Izda tahsbux li mill-Eurovision ta' l-2002 'l hawn Ira ma ghamlet xejn barra minn pajjizna. Grazzi ghat-tieni post li kisbet f'dan il-festival, li ghalina l-Maltin inpogguh fil-livell ta' elezzjoni generali, Ira kellha l-opportunita' li tesperjenza x-xena muzikali barra minn xtutna. Fil-fatt il-Germanja, u l-belt kapitali taghha Berlin, huma t-tieni dar taghha. Tul dawn l-ahhar snin grazzi ghall-kumpanija Peter Rieger Promotions, Ira kellha l-opportunita' li tiftah u tkun is-supporting act ta' diversi kantanti internazzjonali li kienu qed jaghmlu l-kuncerti taghhom fil-Germanja. Fost l-ewlenin nistghu nsemmu lil Ronan Keating, Katie Melua, Mel C u fl-ahhar u mhux l-inqas Elton John. Tajjeb li nghidu li dan il-kantant Ingliz ma jaccettax li jkollu supporting act u ghalhekk huwa ta' pjacir u unur li Elton John accetta li Ira tkanta bhala supporting act fil-kuncert tieghu. Fl-istess waqt meta kienet qed tiehu sehem fil-kuncert ta' Katie Melua dawk prezenti tant hadu gost bil-prezentazzjoni taghha li talbuha biex terga' tkanta. Aktar minnhekk, Ira u Katie kantaw flimkien silta akustika. Din kienet esperjenza gdida ghaliha li permezz taghha kompliet tohrog il-vuci stupenda taghha.

Hekk kif qed nitkellmu dwar dwett Ira qaltli li l-promoturi radjufonici taghha li jiehdu hsieb in-nofsinhar tal-Germanja u t-Tramuntana ta' l-Italja qed jippruvaw ilaqqghuha flimkien mal-kantant Taljan Zucchero biex johrogu silta flimkien.

Ira qed turi tama kbira li dan isehh, biss ghandha hafna mistoqsijiet dwar xi stil se tkun din is-silta, minhabba li l-generu ta' kanzunetti taghha huwa ferm differenti minn dak ta' Zucchero. Nistennew u naraw!

Izda l-apprezzament tat-talent ta' Ira ma jieqafx hawn. Ghal dawn l-ahhar sentejn hi kienet il-kantanta residenti fil-kuncert grandjuz li l-kumpanija RTL torganizza fil-Germanja bl-isem ta' Stars For Free. Ghal dan il-kuncert li jattendu ghalih 'il fuq minn 80,000 spettatur jigu mistiedna diversi kantanti li fil-prezent ikunu qed jaghmlu success jew li jkunu fic-charts muzikali. Minn sena ghall-ohra dawn jinbidlu, biss, Ira kienet mistiedna ghall-kuncerti ta' l-2004 u l-2005, u s'issa dan qatt ma sehh ma kantant jew kantanta ohra. "Hija emozzjoni kbira li tara daqstant spettaturi jiehdu gost u jkomplu mal-kanzunetti tieghek," sahqet Ira.

Forsi kif hafna jafu, numru ta' artisti barranin qed jippreferu li waqt kuncerti li fihom ikunu se jesegwixxu silta jew tnejn ikantaw playback fis-sens li dak li n-nies li jkunu qed jisimghu ma jkunx il-hoss vera izda cd iddoqq. Biss ghall-kantanta Maltija dan mhux accettabbli. "Filwaqt li jkun hemm okkazjonijiet li fihom ikolli l-band qed iddoqq playback, il-vuci tieghi tkun live. Il-fatt li nkanta live jaghtini emozzjoni u grinta kbira li permezz taghha naghti wirja tajba u jirnexxili ninvolvi lil dawk kollha li jkunu prezenti quddiemi."

Hekk kif ninsabu ftit 'il boghod mill-Festival Kanzunetta Maltija ghall-Ewropa staqsejt lil Ira jekk ahniex se narawha fuq il-palk, ir-risposta taghha hija le... "Filwaqt li l-istil tal-muzika tieghi inbidel minn meta kantajt b'libsa tal-bizzilla, illum il-gurnata kollox jiddependi mill-promoturi tieghi. Jekk ihossu li wasal iz-zmien li nippartecipa certament li jghiduli, izda ghalissa jidher li m'huwiex il-kaz," temmet tistqarr Ira.

Mehuda minn 'L-Antenna' No 889, 24 ta' Jannar 2006 Taken from l-Antenna No 889, 24 ta' Jannar 2006 Taken from l-Antenna No 889, 24 ta' Jannar 2006

© 2001-2006 Ilenia D'Ambrogio (unless otherwise stated)
This site is covered by copyright. No part can be reproduced in any way without prior written consent of the copyright holder.