From the Media

From IN-NAZZJON - Monday 27th May, 2002

"Kburija" - Ira Losco

Tasal lura Malta l-lum fl-4 p.m.

In-Nazzjon - 27/05/2002 "Kburija li rnexxieli nikseb rizultat daqshekk gholi u tajjeb ghal Malta - rizultat li nkiseb grazzi ghall-ghajnuna tal-Kumitat Festival Kanzunetta Maltija ghall-Ewropa, li kien involut hafna fix-xoghol ta' thejjija".

Hekk ikkummentat Ira Losco ma' In-Nazzjon il-bierah minn Tallinn, fl-Estonja, wara l-prestazzjoni taghha li kisbet ghal Malta l-aqwa rizultat li qatt kiseb pajjizna fil-Eurovision. Hi tirritorna Malta l-lum fl-4 p.m. fuq titjira ta' l-Air Malta minn Stokkolma.

Ira Losco qalet li fil-hin li harget fuq il-palk kienet eccitata hafna izda ippruvat tkun kunfidenti bhas-soltu u tkanta tajjeb.

Mistoqsija jekk waqt li kienet fil-"Kamra l-Hadra" ghaddilhiex il-hsieb li kienet se tirbah, Ira Losco qalet li ghall-ewwel hi u l-Kumitat, flimkien ma' l-awtur Gerard James Borg u l-kompozitur Philip Vella, bdew jaghmlu kuragg izda mbaghad indunaw li kienu se jaslu fit-tieni post u xorta ferhu hafna.

Ira Losco qalet li r-rizultat miksub ghandu jaghmel kuragg lill-kantanti Maltin ohra. Kompliet li s-soltu ngergru li l-Eurovision hu politika izda r-rizultati wrew li jekk taghmel promozzjoni tajba specjalment fl-ahhar gimgha, thalli impatt u impressjoni tajba.

In-Nazzjon tkellem ukoll ma' Charlo' Bonnici, ic-Chairman tal-Kumitat Festival tal-Kanzunetta Maltija ghall-Ewropa, li ddeskriva l-wirja li tat Ira Losco bhala "stupenda" u r-rizultat bhala tajjeb hafna li wassal biex Malta ftit kienet boghod milli tirbah.

Charlo' Bonnici kellu wkoll kliem ta' tifhir ghall- organizzazzjoni u qal li fl-erba' snin li ilu jattendi ghall-finali ta' l-Eurovision, l-organizzazzjoni fl-Estonja kienet l-ahjar u halliet lill-Kumitat Malti c-cans li jahdem fuq il-promozzjoni tal-kanzunetta.

© 2001-2005 Ilenia D'Ambrogio (unless otherwise stated)
This site is covered by copyright. No part can be reproduced in any way without prior written consent of the copyright holder.