From IN-NAZZJON - Monday 27th May, 2002
Prosit Ira
Ira Losco flimkien mat-team Malti kollu f'Tallinn ghamlitilna unur. Kisbet l-aqwa rizultat s'issa ta' Malta fil-Eurovision. Ghallmitna, kif ghamlu ohrajn qabilha, li anke ahna l-Maltin ghandna t-talent u ghandna biex nikkompetu. Ghallmitna wkoll il-bzonn tal-promozzjoni u l-marketing tat-talent Malti. Ghandna biex inkun kburin u nifirhu b'dan it-tieni post minn fost tant pajjizi li hadu sehem nhar is-Sibt u tant ohrajn li lanqas biss ikkwalifikaw.
Rizultat mill-aqwa bla ebda dizappunt
Malta kisbet rizultat mill-aqwa. Ma tlifna xejn izda rbahna post mill-aqwa qrib hafna ta' l-ewwel. Malta ghaddiet b'aktar minn 50 punt lil dawk li gew warajha. Ejja naghmluha cara wkoll: qatt ma konna l-ewwel. Sa minn qabel ma bdew jithabbru r-rizultati, Malta kienet diga giet it-tieni sa minn qabel ma Cipru beda bit-thabbir tar-rizultat. Il-mod kif thabbru r-rizultati kien biss mod kif l-udjenzi jinzammu fuq ix-xwiek. Dan il-mod kien bhal kieku r-rizultati ta' elezzjoni generali jithabbru distrett distrett. Jekk tibda thabbar b'certa ordni, il-partit li jigi t-tieni f'xi hinijiet ikun quddiem jekk jithabbru l-ewwel id-distretti fejn l-aktar ikun b'sahhtu. Izda dan ma jfissirx li f'xi hin ikun qed jirbah ghax ir-rizultat veru jkun diga' lest x'hin in-nies kienu temmew jixhtu l-voti taghhom. Ghalhekk, ir-rizultat ta' Ira Losco hu mill-aqwa ghax Malta marret tant ahjar minn tant pajjizi ohra li ppartecipaw nhar is-Sibt u tant ohrajn li lanqas biss ikkwalifikaw.
Minn barra, ghat-tieni post
Ghalkemm m'hemm ebda dubju li ahna pajjiz zghir b'popolazzjoni zghira, naghmlu tajjeb ghal dan bit-talent u bl-impenn taghna. Meta rridu nikkompetu u ma nistennew minn hadd hlief mill-isforz taghna, kapaci nhabbtuha ma' kulhadd. Dan hu li juri propju l-Eurovision. Fil-bidu tas-sehem taghna konna niehdu gost bil-partecipazzjoni aktar milli bir-rizultati. Imbaghad ghamilna zmien ma nihdux sehem b'decizjoni politika li llum kulhadd jirrealizza kemm kienet hazina u ta' hsara ghal pajjizna imqar f'dak li hu nuqqas ta' reklam ghal pajjizna. Meta ergajna bdejna niehdu sehem, kibret l-organizzazzjoni tal-festival biex tintaghzel il-kanzunetta ghall-Ewropa, ghamilna sforzi anke bl-ghajnuna ta' agenziji barranin, u qtajna figura tajba kemm-il darba. Diversi kantanti Maltin gew minn ta' quddiem, Mary Spiteri u Chiara kisbu t-tielet post, u issa Ira Losco ghamlet l-akbar success ta' pajjizna s'issa fil-Eurovision bit-tieni post.
Il-bzonn tal-promozzjoni mat-talent
Ira Losco l-bierah tat interpretazzjoni impekkabbli quddiem udjenza kbira. Kellha kanzunetta li minn kmieni wriet li kellha tigi minn ta' quddiem. Min ghen biex tithejja, tilbes u tippjana l-prestazzjoni taghha ghamel bicca xoghol mill-aqwa. Entuzjazmat mill-udjenza u qalghet capcipa fit-tul wara li kantat. Izda l-kuncett modern tal-media u l-votazzjoni tal-pubbliku f'hafna mill-pajjizi li hadu sehem fissru l-bzonn ta' marketing tajjeb tad-diska u tal-kantanta. Dan hu li sar b'success ukoll mit-team li kellha Ira Losco madwarha. Din hi taghlima ohra mill-Eurovision u li hafna drabi ahna f'Malta nonqsu li nwettqu. Naghmlu prodotti bnini u tajbin izda ngezwruhom hazin. Mat-talent, ghandna bzonn ukoll il-promozzjoni u l-marketing biex inwasslu lil min jifforma opinjoni tajba dwar Malta u dak li ghandna x'noffru.
Grazzi u prosit Ira u t-team Malti kollu. Ghamiltulna unur. B'herqa kbira nistennew il-wasla taghkom lura Malta l-lum wara nofsinhar.
© 2001-2005 Ilenia D'Ambrogio (unless otherwise stated)
This site is covered by copyright. No part can
be reproduced in any way without prior written consent of the copyright
holder.